Sunday, October 23, 2005

Murtali Mortali (SHT)

Category: Shoutrage
Subject: Fireworks



Li se nikteb issa mhux se jinghogob. Naqta' fil-qosor.

Din il-gimgha, il-Qrendi ghadda minn tragedja oħra. B.B., ta' 52 sena,
inharaq hu u jahdem f'wahda mill-kmamar tan-nar tar-rahal. Il-bierahtlula, disat ijiem wara l-accident, miet l-isptar.

L-ghomor lill-familja tieghu.

Il-bierah sar il-funeral. Smajt il-banda tal-kazin iddoqq fil-pjazza.

Waqt li kienu qeghdin idoqqu, kull ghaxar sekondi, kwazi b'koincidenza mat-tmiem ta' kull strofa, instemghet it-tfaqqigha ta' murtal.

Kemm se jkun hemm aktar?



Comments: Post a Comment



<< Home

This page is powered by Blogger. Isn't yours?

  • Always add label in title
  • Always precede post with Category:Subject:Source descriptor
  • Always link to post on your blog at the end