Tuesday, June 06, 2006

Essenzjalment

(Wara l-kumment ta' Neebother fuq il-blogg J'Accuse)


Essenzjalment

"Malta has always been, and will always be,
essentially European."
Malta This Month, Mejju 2004

Malta hija essenzjalment Ewropea
u l-Maltin huma essenzjalment Ewropej.
Il-Mediterran huwa banju bl-ilma
u nahseb naf essenzjalment minn fejn gej.
Il-kliem li nitkellem huwa essenzjalment Malti
u tista' tghid illi dejjem johrogli minn halqi,
u avolja mhux kollu essenzjalment Ewropew,
meta nkun barra minn Malta
kulhadd jghidli xi hlew
ghax forsi mhux dejjem jinstema'
appuntu Ewropew.

Qed nahseb li forsi miniex Malti tassew.
U int ukoll, nahseb ahjar ticcekkja sew.


Adrian Grima, mill-ktieb Rakkmu, 2006

Comments: Post a Comment



<< Home

This page is powered by Blogger. Isn't yours?

  • Always add label in title
  • Always precede post with Category:Subject:Source descriptor
  • Always link to post on your blog at the end